Qabel tidħol titlob servizz mingħand servizz.gov, Business First, jew mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali, tabella fl-entratura se sserraħlek moħħok li s-servizz li se tingħata huwa wieħed eċċezzjonali.
Dan hekk dawn it-tliet entitajiet governattivi ngħataw il-Quality Label mill-Presidenza ta’ Malta u mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar.

Cutajar stqarr li “Meta ttejjeb is-servizz li int tagħti tingħata din il-label li jfisser li għandek mezzi effiċjenti ta’ kif twassal is-servizz, għandek it-teknoloġija. Tfisser li jkun hemm sodisfazzjon għal dak li jkun qed isir. Din se tkun monitored biex naraw li l-livell jibqa’ fejn hu u dan ukoll huwa kontabbiltà tas-servizz li nkunu qed nagħtu”.

Is-Sur Cutajar elenka l-fatt li minkejja t-titjib u l-bidliet li saru, il-kontabbiltà tas-servizzi mhux se tintmess.

Il-President Vella qal li huwa ta’ sodisfazzjon li jirrikonoxxi l-għoti tas-servizzi b’dan il-mod, għaliex b’hekk l-entitajiet ikomplu jtejbu s-servizzi u jersqu aktar viċin in-nies. Dan huwa l-mod, qal il-President, li l-isforz tal-Gvern biex is-servizz jasal għand in-nies ħalla l-frott.