Tliet darbiet aktar. Din hi ż-żieda fl-immigranti li waslu sa issa din is-sena fi Spanja meta mqabbla mal-istess perjodu fl-elfejn u sittax.
Dan intqal mill-organizzazzjoni internazzjonali tal-migrazzjoni li qalet li dan ifisser li n-numru ta’ wasliet bil-baħar fi Spanja jista’ saħansitra jgħaddi dak tal-Greċja.
Sa issa fi Spanja waslu ħdax-il elf, tmien mija disgħa u erbgħin kkumparati mat-tlettax-il elf mitejn sitta u erbgħin tas-sena kollha li għaddiet.
Iż-żieda tista’ tkun minħabba li l-immigranti qed isibu r-rotta Spanjola aktar sigura.