Il-Ħadd li għadda waqt il-Karnival fil-Belt Valletta, tliet bottijiet li fihom kien hemm donazzjonijiet li nġabru għall-għaqda tal-ALS spiċċaw insterqu minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Il-bottijiet tad-donazzjonijiet kienu fuq stalls tal-ikel ta’ Mannarinu.
Fuq il-paġna tiegħu, il-Fundatur tal-għaqda ALS, wissa lill-pubbliku li jekk xi ħadd jitlobhom donazzjoni f;isem l-ALS Malta jaħsbuha darbtejn qabel jagħtu d-donazzjoni tagħhom, b’mod partikolari jekk ma jkollomx turija ta’ awtorizzazzjoni.
Bjorn kompla billi qal li għal dawk kollha li jixtiequ jgħinu u jgħatu donazzjoni jistgħu billi jibgħatu messaġġ fuq 50618936 biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom ta’ €6.99.