Ilum id-delegati tal-Partit Laburista se jivvutaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.
Min jirbaħ ikun awtomatikament maħtur bħala Deputat Prim Ministru, kariga li tħalliet vakanti minn Louis Grech. Id-delegati se jagħżlu bejn tliet Ministri: Helena Dalli, Chris Fearne, u Edward Scicluna.
Intant il-partit Laburista se jlaqqa’ ukoll konferenza ġenerali straordinarja fejn se jittieħed vot sigriet li jikkonferma lil Joseph Muscat bħala Prim Ministru, u lil Chris Cardona bħala Deputat Mexxej.
Edward Montebello ħejja biografiji qosra fuq it-tliet kandidati. Segwi hawn!