Żewġ Ġermaniżi u Żvizzeru ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammettew li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara.
Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema, li qabad fil-fatt lit-tliet żgħażagħ, li huma attivisti tas-SeaWatch, u li għandhom bejn is-27 u 35 sena, bil-bottijiet tal-inka ħamra f’idejhom iħażżu fuq ħajt taħt l-imsemmi pont. Dan il-vandaliżmu tella’ spiża ta’ sitt elef u ħames mitt ewro, liema spejjeż il-Qorti ordnat li jiġu mħallsa mill-imputati fi żmien tliet ijiem lill-Transport Malta.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon.