Tliet bajjiet f’Għawdex ngħataw il-Bandiera Blu li se tassigura l-kwalità u s-sigurtà tal-bajjiet.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Clint Camilleri qal li dawn il-bajjiet huma Ħondoq ir-Rummien, ir-Ramla l-Ħamra u ta’ Marsalforn.
Huwa stqarr: “Dan huwa importanti għalina għaliex dan huwa ċertifikat mhux biss ta’ kwalità għolja tal-ilma baħar f’dawn il-bajjiet iżda wkoll li jfisser li hemm ċerti standards dwar aċċessbilità u indafa.”
Vince Attard, li huwa r-rappreżentant Malti għall-Bandiera Blu spjega xi tfisser meta bajja tibda ttajjar din il-bandiera.
Attard qal, “Wieħed irid iqis li l-blue flag għandha investiment fejn il-bajja tagħmilha akar safe. Qed toffri lifeguards u faċilitajiet għal nies aktar diżabbli.”
Attard kompla jispjega li din iċ-ċertifikazjoni ġġorr magħha wkoll diversi regolamenti li jżommu s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha li jiffrekwentawhom fiċ-ċentru ta’ kollox.
Huwa sostna: “Għandek ukoll il-code of conduct x’wieħed jista’ jagħmel u ma jagħmilx. Waħda mir-raġħunijet hija l-klieb. Mhux għax il-Blue Flag ma tħobbx il-klieb imma għall-indafa tar-ramel u għas-sigurtà tat-trabi u tfa li jilagħbu fuq ir-ramel.”