Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.