Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru. Hija mietet fl-24 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Diċembru. Hu miet fl-24 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 74 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fl-10 ta’ Diċembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festi nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.