Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru. Hi mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.