Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 99 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.