Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fir-residenza St Vincent de Paul.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru. Hija mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.