Ingliż ta’ 69 sena ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li anzjana ta’ 72 sena ndarbet ħafif wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
Dan wara li seħħet ħabta bejn tliet vetturi: BMW li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena, Toyota Ractis li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 78 sena, miegħu kien hemm l-anzjana ta’ 73 sena; u Skoda li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 69 sena, miegħu kienn hemm Ingliża ta’ 73 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u diversi ambulanzi li ħadu liż-żewġ Ingliżi u l-mara ta’ 72 sena, l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-Ingliża għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.