Tliet anzjani, x’aktar ta’ nazzjonalità barranija ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq.
One News jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa meta għal xi raġuni karozza tal-għamla Jaguar tajret lil anzjani.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:12 meta vettura tat-tip Jaguar X-Type misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena residenti l-Mosta laqtet żewġ anzjani, raġel ta’ 84 sena u mara ta’ 80 sena fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-isptar, b’waħda mill-anzjani ġġarrab ġrieħi serji.
Ir-raġel ta’ 84 sena li safa milqut, ġie iċċertifikat li sofra grieħi ta’ natura gravi.