Il-ħmistax-il jum tal-kampanja elettorali fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat xtaq jitkellem dwar tliet affarijeit li xtaq jaqsam mal-poplu Malti u Għawdxi permezz ta’ Facebook Live. L-ewwel punt kien dwar il-proposti fir-rigward ta’ kif il-postijiet tax-xogħol jistgħu jkunu aktar ‘family friendly; dan billi għall-ewwel darba l-Gvern se jkun qed jagħti inċentivi biex postijiet tax-xogħol privati joffru ħinijiet flessibbli u tele-working biex jinċentivaw aktar ommijiet biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol dan sabiex kemm missirijeit u kif ukoll ommijiet ikunu jistgħu jlaħqu mal-familja wkoll.
Muscat qal ukol li se jkun qed jitwessa ċ-childcare għal min jaħdem bil-lejl ukoll fejn f’ċertu postijiet se jkun qed jinbeda dan il-proġett.
It-tieni punt li tkellem fuqu l-Prim Ministru hu dwar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jixtieq li jara li l-benefiċċju għal dawk li huma b’diżabbiltà u li ma jistawx jidħlu fid-dinja tax-xogħol jogħla daqs il-paga minima. Fuq dan il-Prim Ministru qal li din hi xi ħaġa li dan il-Gvern diġà tkellem dwarha fil-Baġit illi għadda u li diġà bdiet tiġi implimentata.
Muscat qal kif it-tielet punt hu dwar kif l-istess Kap tal-Oppożizzjoni qal li jekk jingħata l-fiduċja se jkun qed joħloq 30,000 post tax-xogħol, fejn dan ifisser li qed jammetti li jekk isir hu Prim Ministru l-ekonomija se tibda tbatti u tibda sejra lura. Dan għaliex jekk f’ħames snin Busuttil qal li joħloq 30,000 post tax-xogħol, dan ikun qed joħloq inqas postijiet tax-xogħol milli ħoloq dan il-Gvern. Dan hekk kif dan il-Gvern ħoloq iktar minn 35,000 post tax-xogħol
Segwi l-filmat isfel u ara x’kellu xi jgħid il-Prim Ministru