Dilettanti tal-poweboats u tal-fotografija kellhom spettaklu hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa beda l-kampjonat Voomquest Enemed UIM V2 World Powerboat GP1.
Propju ilbieraħ bdew il-provi fil-bajja tal-Gillieru f’San Pawl il-Baħar iżda l-pole position għall-ewwel tellieqa minn tlieta ma saritx minħabba li l-kundizzjonijiet tal-baħar ma kinux favorevoli.
Sitt timijiet, erbgħa minn Malta u wieħed mill-Belġju u minn Franza rispettivament qegħdin jieħdu sehem.
L-ewwel tellieqa kienet mimlija azzjoni hekk kif żewġ timijiet kellhom problemi tekniċi filwaqt li team ieħor inqeleb bid-dgħajsa f’waħda mid-dawriet madwar iċ-ċirkwit fil-baħar.
Riżultat tal-ewwel tellieqa:
1st place – Marine Diffusion (20 points)
2nd place – Freccia Blu (17 points)
3rd place – Atomic & Grey (15 points)
4th place – Interceptor Remax
5th place – El Diablo
6th place – Cutting Edge
7th place – Lethiec
Programm għas-Sibt waranofsinhar:
15:45 – 16:15: Provi
16:15 – 16:45: Pole Position għat-tieni tellieqa
17:00 – 17:30: It-tieni tellieqa
1800 – 1815: Festa tal-podium
Programm għal għada l-Ħadd 28 ta’ April:
0930 – 1015: Dry Pit miftuħ għall-pubbliku
1200 – 1230: Provi
1230 – 1300: Pole Position għat-tielet tellieqa
1500 – 1600: It-tielet tellieqa
1615 – 1645: Podium għat-tielet tellieqa
1645 – 1715: Podium għall-avveniment kollu