Tlettax-il persuna min-nazzjonijiet differenti nqabdu jaħdmu u jgħixu Malta b’mod irregolari.
Dan waqt spezzjonijiet li għamlu l-Pulizija, uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, f’siti ta’ kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar.
Il-persuni huma mill-Ġorġja, l-Albanija, il-Pakistan, il-Mali, is-Senegal u n-Niġerija ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn inbena l-proċess sabiex ma jibqgħu fil-pajjiż.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Ritratti : Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta