Tlettax-il persuna nqatlu u għoxrin oħra għadhom ma nstabux wara li seħħet splużjoni f’minjiera tal-faħam fiċ-Ċina.
L-isplużjoni tal-gass seħħet it-Tnejn filgħodu f’minjiera privata fir-reġjun ta’ Chongqing.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Xinhua qalet li l-attentati għadhom għaddejjin biex jinstabu l-għoxrin persuna nieqsa, li qed ikun maħsub li għadhom maqbduin.