Il-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu fejn tlett plejers mill-Kampjonat Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Osvaldo Iorio ta’ Birkirkara FC, Angel Yesid Torres Quinones ta’ Balzan FC u Miguel Angel Alba ta’ Santa Lucia ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Iorio ta’ Birkirkara ser jitlef il-konfront delikat kontra Gudja United ta’ nhar is-Sibt li ġej. Angel ta’ Balzan ser jitlef il-logħba kontra Pieta filwaqt Alba ta’ Santa Lucia ser ikun nieqes kontra Marsaxlokk, partita li ser tintlagħab nhar is-Sibt ukoll.
Ritratt: Domenic Aquilina