Fl-Italja, tliet persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ splużjoni f’fabbrika tal-isplussivi, Sabino Explosives, viċin il-belt ta’ Chieti. Il-midja Taljana rrapportat li għadd ta’ persuni oħrajn ukoll indarbu fl-inċident.
S’issa l-kawża għadha mhix magħrufa u l-pulizija Taljana għaddejja bl-investigazzjonijiet.
Din il-fabbrika diġà kellha episodju simili hekk kif f’Diċembru tal-2020 tliet persuni oħra wkoll kienu mietu dakinhar fi splużjoni oħra.
Dak iż-żmien il-kumpanija kienet trażżnet milli topera u ttieħdet taħt il-kustodja tal-awtoritajiet, iżda kienet reġgħet fetħet seba’ xhur wara.
Ritratt: BNN