Tlett itfal ta’ 3 snin u tnejn ta’ sitt snin flimkien max-xufier, raġel ta’ 32 sena, ħelsuha bi ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’ħabta ma trakk.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta għal xi raġuni seħħ impatt ma’ trakk tal-għamla DAF.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil dawk fil-vettura tat-tip Peugeot l-isptar fejn ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.