Minn tal-inqas erba’ persuni, tlieta minnhom tfal, nqatlu filwaqt li għexieren indarbu f’nirien li ħakem kumpless fis-Siberja fir-Russja.
In-nirien bdew fir-raba’ sular tal-bini li jinsab fil-belt ta’ Kemerovo. F’filmati li tpoġġew fuq il-midja soċjali dehru persuni jaqbżu mit-twieqi u l-gallariji sabiex jaħarbu min-nirien.
Inizjalment kien maħsub li mietu erbat itfal iżda aktar tard ġie kkonfermat li mietu tlett itfal u mara.