Fi stqarrija konġunta d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u d-Direttorat għas-Servizzi Veterinarju qalu li tlett irziezet li ma tħalewx ibiegħu bajd minħabba ta’ traċċi ta’ kontaminazzjoni se jibqgħu magħluqin hekk kif minn testijiet it-tieni kampjun tal-bajd wrew traċċi ta’ fipronil.
Iż-żewġ irziezet l-oħrajn jistgħu ikomplu bil-produzzjoni tal-bajd. Dan għaliex testijiet li saru fuq il-produċew jiriżulta li ma kinux kkontaminati bil-fipronil.
Il-bajd li ttieħed mill-ħames irziezet se jkun qed jinqered taħt is-superviżjoni tal-Ispettorat tas-Saħħa.
Ġie kkonfermat li l-prodott kien qed jiġi ritratt mis-suq kif talbet il-Kummissjoni Ewropea.
L-awtoritajiet veterinarji qed jinvestigaw il-bajd tal-irziezet lokali kollha. Ir-riżultati mill-kampjuni li ttieħdu mistennja jkunu lesti kmieni l-ġimgħa d-dieħla.