Tliet Franċiżi ta’ 23 sena li jgħixu f’Tas-Sliema ddaħħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta nieqes għoxrin ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Rabat.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li wieħed mill-irġiel kien qiegħed isuq quad bike u tilef il-kontroll.
Konsegwenza t’hekk, Franċiż ieħor li kien qed isuq quad bike fl-istess direzzjoni, prova jevita li jkollu impatt, iżda spiċċa ħabat ma’ ħajt.
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lit-tlett irġiel l-isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.