Tlett irġriel sejħu għall-għajnuna għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu wara li sabu lilhom infushom f’diffikultà jaffaċċjaw ir-riħ bid-dgħajsa fil-limiti ta’ Marsascala.
L-individwi ttellgħu b’ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, wara li d-dgħajsa ħabtet mal-ġebel u ma setgħetx tiġi mmanuvrata.
L-irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei fejn instab li sofrew minn ġrieħi ħfif.