Tliet irġiel b’wiċċhom mgħotti daħlu jisirqu f’ħanut tad-deheb fi Triq Bisazza, Tas-Sliema. Huma xeħtu lill-kaxxiera ta’ 31 sena mal-art u bdew ikissru l-vetrini biex jisirqu. Il-każ seħħ għall-3:45 ta’ waranofsinhar.
L-irġiel ħarbu minn fuq il-post bil-ġojjellerija. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ Tas-Sliema, mir-Rapid Intervention Unit u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin.