Il-Pulizija ġiet infurmata li għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu kien hemm argument fi stabbiliment tad-divertiment, il-Munxar, Għawdex. Minnufih uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post u mill-investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ argument bejn numru ta’ persuni. Tliet irġiel li kienu fl-istabbiliment ġarrbu xi ġrieħi u ittieħdu l-isptar permezz t’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard tnejn mill-irġiel, Malti u barrani kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel lieħor, barrani, kien ċċertifikat bi ġrieħi ħfief. Dan tal-aħħar qiegħed jassisti lill-pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.