Sirjan ta’ 31 sena weġġa’ gravi filwaqt li żewġ Sirjani oħra ta’ 24 sena u 29 sena weġġgħu ħafif wara argument bejn grupp ta’ nies fil-Ħamrun.
L-argument seħħ fi Triq Mile End.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post flimkien ma’ tim mediku li ħa l-irġiel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.