Iktar tard illum il-Pulizija mistennija tressaq tlett persuni fosthom omm u binha il-Qorti, wara li ġew arrestati fuq suspett li setgħu wettqu serqa minn restorant fl-Imġarr u minn residenza f’San Pawl il-Baħar.
Sorsi qrib il-Pulizija qalu li z-zewg persuni huma haddiema f’restorant fl-Imgarr fejn allegatament inqabdu jisirqu minn go fih. Madankollu meta kok partikolari kien qed ikun xoghol f’dan ir-restorant huma kienu qed imorru jisirqu minn gor-residenza tieghu f’San Pawl il-Bahar.
Flimkien maz-zewg persuni se jitressaq ragel iehor li kien qed jassisti lilhom f’dan is-serq. , L-età tagħhom tvarja bejn it-tmintax u l-erbgħa u tletin sena ġew arrestati wara ħidma mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu ta’ suċċess u għaldaqstant l-irġiel ġew arrestati u se jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart quddiem il-Maġistrat Simone Grech.
L-investigazzjonijiet tmexxew mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali bl-għajnuna tal-Għassa tal-Qawra.