Il-Pulizija Marokkina arrestat tliet persuni b’rabta mal-qtil ta’ żewġ tfajliet turisti min-Norveġja u d-Dannimarka fl-Atlas Mountains.
L-iġsma ta’ Louisa Vesterager Jespersen ta’ 24 sena mid-Dannimarka u Maren Ueland ta’ 28 sena min-Norveġja, nstabu t-Tnen li għadda qrib Imlil, fi triq lejn Toubkhal.
L-awtoritajiet kienu qalu li għamlu arrest f’żona turistika f’Marrakech, fejn kien membru ta’ grupp militant. L-inteliġenza Daniża mhux qed teskludi li l-moħħ wara l-każ jista’ jkun l-Istat Islamiku.
Tliet persuni oħra ġew arrestati f’Marrakech fejn s’issa l-evidenza qed turi li l-mottiv kien wieħed terroristiku.