Għadu ma ġiex identifikat il-katavru li nstab tlett ijiem ilu f’appartament f’Santa Luċija mgeżwer f’boroż suwed tal-plastik.
F’dan l-appartament kien jgħix Victor Mkeon ta’ 62 sena, bil-ġirien kien ilhom madwar ġimgħa ma jarawh.
Il-pulizija għaddha qiegħda tistenna r-riżultati tad-DNA li ttieħdu mill-familjari ta’ Mckeon sabiex iqabbluhom mat-testijiet tad-DNA li ttieħdu mill-katavru. Dan bil-għan li jiġi ddentifikat il-vittma.
Il-pulizija għaddha għaddejja bi tfittxija wkoll għar-raġel tan-nazzjonalità barranija li kien jgħix ma Mckeon.
Kienu l-ġirien f’Misraħ Dorelle li rrapurtaw li mill-appartament ta’ Mckeon kienet ħierġa riħa tinteb. Bil-pulizija daħlu fl-appartament u sabu l-katavru fil-kamra tal-banju, f’xena mill-aktar makabra u mdemmija.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Keith Arnaud mill-iskwadra tal-omiċidji.