F’operazzjoni li ħadet aktar minn 24-il siegħa, il-Protezzjoni Ċivili kienu kostretti jaħarqu b’mod kontrollat il-kontenut kollu ta’ bowser tal-gass tal-kumpanija Liquigas. Fil-proċess ta’ din l-operazzjoni kien hemm preżenti aktar minn 20 pumpier flimkien mad-Deputat Direttur Peter Paul Coleiro.
Id-DPĊ qal li tul dan il-ħin intużaw aktar minn 90,000 litru ta’ ilma filwaqt li kellhom jiġu evakwati 3 residenzi privati li jinsabu fiż-żona ta’ Santa Marija Estate fil-Mellieħa.
Preżenti wkoll għal din l-operazzjoni kien hemm inġiniera mill-kumpaniji Liquigas u Gasco li offrew l-assistenza teknika lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/12/17/is-cpd-foperazzjoni-biex-tikkontrolla-hrug-ta-gass-minn-bowser-fil-mellieha-1/