Dan li jidher fl-istampa huwa s-Seabourn Sojourn, li se jasal Għawdex illum. F’dan tmiem il-ġimgħa se naraw il-wasla ta’ tliet cruiseliners, wieħed illum u tnejn għada, Silver Spirit u Wind Surf.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr dan waqt zjara fil-porta tal-Imġarr. Qal li l-2016 hija sena tajba ħafna għall-industrija tal-cruiseliners f’Għawdex u dan ifisser aktar xogħol għan-negozji, kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi fosthom il-lukandi u r-ristoranti.
L-2015 kienet sena tajba ferm, għaliex daħlu f’Għawdex mhux inqas minn 18–il cruise liner u waslu aktar minn 9,800 passiġġier. Ħafna minnhom jistgħu jirritornaw għal btala f’Għawdex wara li jkunu raw x’toffri l-gżira.
Il-Ministru qal li jemmen li l-industrija tal-cruiseliners fil-Gżejjer Maltin tista’ tkompli tikber biss jekk inkomplu nipprovdu livell ta’ servizz superjuri u noħolqu valur miżjud minn kollaborazzjoni mal-imsieħba lokali kollha.