ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Id-dulur ta’ ġenituri li jaraw lil uliedhom fi tbatija insapportabbli u ma…

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Żagħżugħa tweġġa’ gravi f’ħabta f’Santa Venera

      15 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-qofol tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL llejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Putin mhux mistenni jattendi għat-taħditiet ta’ paċi mal-Ukrajna  

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa għas-sitt xhur li ġejjin 

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tibqa’ fil-quċċata fl-Ewropa għad-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ grazzi għal politika Laburista favur…

      14 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Birkirkirka fil-finali b’goal f’kull taqsima

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-papa Ljun XIV jiltaqa’ mat-tennista Jannik Sinner

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-plejers ta’ Ħamrun Spartans illejla bi flokk ġdid għal kawża ġusta

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

“Tlajt fuq u rajt mara bla ħajja b’rasha baxxuta” – xhud fil-każ tad-double-decker

minn Colin Deguara 12 ta' Marzu 2021
minn Colin Deguara 12 ta' Marzu 2021

Hekk kif il-Qorti kompliet tisma’ x-xhieda fil-każ b’rabta mal-inċident bid-double-decker li ħa l-ħajja ta’ żewġ turisti u darab bosta oħra lura fid-9 ta’ April tal-2018, xhud iddeskriva x-xena makabra li sab hekk kif wasal fuq il-post ftit mumenti wara l-inċident. B’rabta mal-każ hemm mixlija s-sewwieq Charles D’Amato ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, u erba’ Diretturi li kienu jimpjegawh, l-aħwa, Lee Ann Borg 37 sena, Kim Degabriele ta’ 40 sena, Noel Degabriele ta’ 24 u Philip Degabriele ta’ 32 sena.

Il-Konsulent tal-Emerġenza Dr Jonathan Joslin spjega kif malli wasal fuq il-post u beda jassessja s-sitwazzjoni, ra li kien hemm ħafna nies konfużi u oħrajn li bdew joħorġu mix-xarabank. Spjega li kif daħal induna li kien hemm problema kbira fl-istaffa ta’ fuq hekk kif il-ħġieġ tad-‘double decker’ kien miksi demm. Stqarr li huwa tela’ t-taraġ u f’dak l-istadju ma seta’ jmiss lil ħadd iżda ried jara min kien fl-iktar qagħda kritika. Dr Joslin tenna li ra tifel żgħir ta’ sitt snin li kellu ‘fit’ u kellu ġrieħi serji f’rasu. Qal li dak seta’ jmut jekk ma jkunx assistit u għalhekk tniżżel mill-ewwel mix-Xarabank u ttieħed l-isptar minnufih.

Huwa sostna kif kien hemm mara baqgħet fejn ir-raġel tagħha li kien mejjet. Qal li kellu idu maqtugħa barra u induna li d-demm mal-ġenb tax-xarabank kien tiegħu. Stqarr li fuq il-bankina kien hemm ukoll id il-vittma. Huwa kompla jispjega fid-dettall il-ġrieħi li sofrew dawk li kienu abbord. B’kollox 32 persuna indarbu fl-inċident. Dr Joslin spjega kif ix-xufier sabuh f’uffiċċju ta’ sit tal-kostruzzjoni fil-qrib fejn hemmhekk ittieħed għat-trattament għax-xokk li kellu. Dak li kien Spettur, Pierguido Saliba, ukoll xehed li kien hu li għamillu t-test biex jara jekk ix-xufier kienx xurban. Huwa qal li dan irriżulta fin-negattiv u li t-test ma sab l-ebda traċċi ta’ alkoħol.

Tul is-seduta xehdu wkoll numru ta’ uffiċjali tal-pulizija li lkoll iddeskrivew ix-xena tal-inċident hekk kif waslu fuq il-post.

Fis-23 ta’ Marzu l-partijiet mistennija jagħmlu l-argumenti tagħhom fl-awla qabel il-Maġistrat Joseph Mifsud joħroġ id-digriet tiegħu dwar il-‘prima facie’ sas-26 ta’ dan ix-xahar.

10:24 – F’seduta fit-23 ta’ Marzu ser ikunu qed jinstemgħu n-noti tal-partijiet dwar il-‘prima facie’ biex imbagħad id-deċiżjoni ser tkun qed issir sal-26 ta’ Marzu mill-Maġistrat Joe Mifsud.

10:21 – Il-Maġistrat qal li kull xhud illum kien fuq l-inċident iżda huwa jrid jiddeċiedi l-‘prima facie’ fuq ir-reati. Spjega kif f’dan il-każ ma jistax jieħu l-‘prima facie’ b’mod leġġer.

Huwa nnota li għandu jiddeċiedi l-‘prima facie’ fi żmien tletin jum minn meta l-persuni mixlija tressqu l-Qorti u ġew akkużati. Il-prima facie hija d-deċiżjoni tal-Qorti li tara jekk hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

10:13 – Tela’ fuq il-pedana tax-xhieda l-Ispettur Malcolm Sammut stazzjonat fl-Ispecial Intervention Unit.

Huwa ta spjegazzjoni tal-ħidma dakinhar biex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni.

Tela’ wkoll l-Ispettur Pierguido Saliba li spjega kif kien stazzjonat mat-Taqsima tat-Traffiku dak iż-żmien tal-inċident. Spjega kif in-nies tiegħu dak iż-żmien kienu diġà bdew jagħlqu t-toroq li jagħtu għas-sit u huwa ra li kull triq kienet magħluqa. Huwa kompla jgħid kif huwa ġie mitlub li jagħmel il-breathlyser lill-persuna. Huwa spjega kif mill-breathyliser ħareġ li ma kien taħt l-ebda influwenza tal-alkoħol u r-riżultat ġie ‘0’.

10:05 – Huwa ntwera wkoll numru ta’ ritratti fejn fost l-oħrajn għaraf il-pożizzjoni li biha kienet wieqfa x-xarabank, l-id ta’ wieħed mill-vittmi mal-art fuq il-bankina, u ż-żewġ vittmi mejta fuq in-naħa ta’ fuq tax-xarabank.

10:02 – Tela’ fuq il-pedana tax-xhieda l-Assistent Kummissarju Sandro Gatt li huwa stazzjonat fid-dipartiment tar-reati maġġuri u l-omiċidji. Il-Maġistrat Joe Mifsud beda billi qal li din it-taqsima qed timpressjonah bil-mod effettiv li bih qed twettaq il-ħidma tagħha. Huwa stqarr li saħansitra l-ispetturi qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna anke fi stadju ta’ prosekuzzjoni.

Il-Prosekuzzjoni bdiet billi tistaqsi fejn l-assistent kummissarju x’kien l-involviment tiegħu f’dan il-każ.
Spjega kif huwa ġie infurmat li kien hemm inċident stradali li kien gravi. Huwa ddeskriva x-xena li ra hekk kif wasal. Qal kif xħin tela’ fuq ix-xarabank ra mara li kienet bla ħajja b’rasha baxxuta u b’xagħarha mdendel. Sostna wkoll kif kien hemm raġel ieħor ukoll bla driegħ li wkoll kien bla ħajja.

Il-Maġistrat innota kif dwar ix-xena diġà semgħu ħafna u anke hemm ritratti u xhieda li huma inklużi fil-proċess verbal u għalhekk talbu jimxi għall-istadju tal-investigazzjoni. Ix-xhud spjega li fl-investigazzjoni huwa qatt ma daħal iżda dakinhar għen biss biex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni dakinhar. B’hekk intemmet ix-xhied tiegħu.

Warajh tela’ jixhed is-Supretendent Josric Mifsud, li huwa wkoll wieħed mill-Ispetturi li qed imexxi l-Prosekuzzjoni. Huwa qal kif dak iż-żmien kien stazzjonat fl-għassa ta’ Bormla. Qal kif huwa dakinhar kien assista sabiex jitneħħew in-nies minn fuq ix-xena. Fisser kif tela’ jiċċekkja x-xarabank biex jara kienx hemm persuni mejta taħt xi sit iżda qal li ma kienx hemm.

9:53 – Spjega kif id il-mejjet instabet fuq il-bankina mal-crash barriers u huwa kkonferma li din kienet tiegħu u tħalliet hemmhekk għall-istħarriġ tal-pulizija. B’hekk intemmet ix-xhieda ta’ Dr Jonathan Joslin.

9:51 – Huwa spjega kif fost l-oħrajn, l-isptar kienu għamlu kamra biex fiha tinżamm il-familja kollha ta’ Butt sabiex f’dawk iċ-ċirkostanzi l-familja kollha tibqa’ flimkien. Dan filwaqt li Robert Butt kien fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Ix-xhud iffirma n-notamenti li għamel referenza għalihom tul ix-xhieda tiegħu u dawn ġew ippreżentati fil-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni wrietu numru ta’ ritratti li jinsabu fil-process verbal u staqsietu jekk dawn jassimilahomx ma’ dak li ra hu. Spjega kif dawn huma ritratti forensiċi li ttieħdu wara li hu ħareġ mix-xarabank. Stqarr kif fuq ix-xarabank ma kien għad fadal l-ebda pazjent iżda kien għad hemm iż-żewġ katavri tal-persuni li tilfu ħajjithom. Innota wkoll id-demm li kesa l-ġenb kollu tax-xarabank.

9:46 – Qal li huwa seta’ jqum u għalhekk żammewlu għonqu u niżżluh bil-mod. Spjega kif huwa kellu pressjoni f’rasu u l-għada kellu jiġi operat u ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva.

Dr Joslin kompla jfisser kif kien hemm mara wkoll li għadha fuq u familja ta’ erba’ li wkoll kellhom ġrieħi u ksur f’idhom.

Huwa sostna kif fl-aħħar kien għad fadal biss il-mara Taljana fuq li kienet l-ewwel waħda quddiem u ħadet l-ewwel daqqa. Spjega kif kellha ċertu protezzjoni li kellha mill-ħadid tax-xarabank ta’ quddiem. Dr Joslin tenna kif kien hemm mara wkoll li kienet fuq l-aħħar sit u kellha ċans tirreaġixxi għall-inċident għaliex rat x’inhu jiġri. Spjega kif madankollu l-inċident tant ġara malajr li l-mara xorta kellha tiċċrita f’rasha hekk kif ma laħqitx titbaxxa kompletament.

Huwa stqarr kif b’kollox kien hemm 32 persuna midruba. Spjega kif lix-xufier sabuh ġo uffiċċju ta’ sit tal-kostruzzjoni fil-qrib fejn hemmhekk ittieħed għat-trattament għax-xokk li kellu.

9:40 – Qal li huwa mexa san-naħa ta’ wara biex jara x’każijiet hemm, u hemmhekk reġgħu bdew iniżżlu lil min seta’ jimxi. Qal li f’dan il-proċess beda jinduna li min kien l-iktar midrub u fejn seta’ kien hemm problemi. Spjega kif kien hemm tnejn li ma ċċaqilqux. Spjega kif kien hemm mara baqgħet fejn ir-raġel tagħha li kien mejjet. Qal li kellu idu maqtugħa barra u d-demm mal-ġenb tax-xarabank kien tiegħu. Stqarr li hu spjega lil martu li huwa mejjet.

Qal kif kien hemm mara wkoll li kellha ġrieħi serji u li ma kinitx qed tieħu nifs. Din ma kellhiex qraba magħha.

Spjega kif kien hemm raġel ieħor li kien jidher paralizzat minn sidru l-isfel. Qal kif kien hemm it-tfal tiegħu xxukjati fuq in-naħa tal-lemin tiegħu. Spjega kif niżlu lit-tfal u l-mara tiegħu u hekk għamlu iżjed spazju fejn jaħdmu. Qal kif dan kien Robert Butt li kien imdaħħal fl-età. Spjega kif bdew iżommulu għonqu għaliex induna li kien hemm xi ksur fl-għonq.

Spjega wkoll kif kien hemm tifel ieħor li kellu ġrieħi wkoll f’rasu li ttieħed l-isptar u ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva.

Ix-xhud spjega kif inġieb turn-table ladder tal-Protezzjoni Ċivili fejn bih tniżżel Robert Butt. Dan kellu ġrieħi severi fl-ispina ta’ dahru. Sostna li dan ġie operat malajr.

Ix-xhud kompla jgħid li wara Butt, l-iktar li kellu problema kien Simon Morrison. Dr Joslin qal li huwa kien qed ikellmu iżda kien evidenti li kellu ġrieħi serji f’rasu.

9:33 – L-ewwel li xehed kien il-Konsulent mit-Taqsima tal-Emerġenza, Dr Jonathan Joslin li kien ‘First Responder’ f’dan il-każ. Spjega kif huwa ngħata t-tagħrif li kien hemm inċident fiż-Żurrieq u huwa u sejjer beda jirċievi l-informazzjoni li kien inċident serju b’numru ta’ persuni midruba u oħra mejta. Spjega kif Dr Michael Spiteri wasal ftit qablu fuq il-post u induna li dan kien jikklassifika bħala inċident maġġuri.

Spjega kif l-isptar minnufih beda jipprepara biex joħorġu numru ta’ timijiet oħra fuq is-sit fejn ġara l-inċident biex jagħtu l-ewwel għajnuna. Dan filwaqt li ġew mgħajta wkoll l-għaqdiet non-governattivi bħas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar.

Ix-xhud spjega kif huwa kien dak li kellu jagħmel l-ewwel assesjar tas-sitwazzjoni. Spjega kif kien hemm ħafna nies konfużi u oħrajn li bdew joħorġu mix-xarabank. Spjega li kif daħal induna li kien hemm problema kbira fuq hekk kif il-ħġieġ tad-double-decker kien miksi demm u allura induna li kien hemm xi ħadd li qed jitlef ħafna demm. Huwa għajjat biex kull min jiflaħ iqum, joħroġ mix-xarabank.

Spjega kif f’temp ta’ ħames minuti battlu isfel min-nies. Sadanittant Dr Michael Spiteri kien qed ilesti post fejn dawk midruba bdew jingħataw l-ewwel għajnuna. Spjega li huwa tela’ t-taraġ u f’dak l-istadju ma seta’ jmiss lil ħadd iżda ried jara min kien fl-iktar qgħada kritika. Spjega li ra tifel żgħir ta’ sitt snin li kellu fit u kellu ġrieħi serji f’rasu. Qal li dak seta’ jmut jekk ma jkunx assistit u għalhekk tniżżel mill-ewwel mix-xarabank u ttieħed l-isptar.

9:18 – Il-Prosekuzzjoni kellha tikkoreġi akkuża wara referenza żbaljata għall-artiklu tal-liġi. Għalhekk l-akkużati kellhom jerġa’ jsirilhom l-eżami. Dawk preżenti wieġbu mhux ħatja filwaqt li t-tnejn li ma kinux preżenti u huma skużati ġew ikkuntatjati permezz tat-telephone fejn reġgħu kkonfermaw li huma mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Aktar qabel – F’awla erbgħa u għoxrin qed tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ b’rabta mal-inċident bid-double-decker li ħa l-ħajja ta’ żewġ turisti u darab bosta nhar id-9 ta’ April 2018.

Il-Maġistrat Joe Mifsud spjega kif din is-seduta qed issir minħabba l-urġenza tagħha u skont it-termini imposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Huwa spjega wkoll kif tnejn mill-akkużati ġew skużati u mhux ser jattendu minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

TAGS double-deckerQorti
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
Colin Deguara

Colin ilu għal dawn l-aħħar 5 snin attiv fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Huwa gradwat ukoll bħala avukat mill-Università ta’ Malta. L-iżjed rapporti li jħobb jikteb huma dawk marbuta mal-politika. B’mod frekwenti huwa jkun ukoll il-ġurnalist li jirraporta għal ONE NEWS mill-awli tal-Qorti dwar każijiet kbar li jkunu għaddejjin, filwaqt li ħadem fuq numru ta’ produzzjonijiet għall-midja soċjali b’rabta ma’ ġrajjiet kurrenti.

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Id-dulur ta’ ġenituri li jaraw lil uliedhom fi tbatija insapportabbli u ma jistgħu jagħmlu xejn 

    15 ta' Mejju 2025
  • Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

    15 ta' Mejju 2025
  • Żagħżugħa tweġġa’ gravi f’ħabta f’Santa Venera

    15 ta' Mejju 2025
  • Il-qofol tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL llejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

    15 ta' Mejju 2025
  • Putin mhux mistenni jattendi għat-taħditiet ta’ paċi mal-Ukrajna  

    15 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept