Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ma jaċċettax argumenti differenti minn tiegħu dwar il-Covid-19 u għax preżentatur indipendenti jaffaċjah bil-fatti jgħidlu, “Tkunx Laburist.”
Mistoqsi dwar il-Covid f’mument fejn in-numri telgħu mad-dinja kollha, David Agius, waħħal kollox fi Gvern Laburista u meta l-preżentatur staqsih dwar dan ma ħa pjaċir xejn.
“Waqgħu għax għandna Gvern Laburista li ħa deċiżjonijiet żbaljati u ħżiena,” qal Agius bil-preżentatur jistaqsih “għaliex?”
“Mela int tiftaħ l-ajruport?!” wieġbu Agius f’intervent mimli kontradizzjonijiet.
Il-Preżentatur qallu l-ovvju meta argumenta kif jekk ma jiftaħx jgħidulu għax ma fetaħx u jekk fetaħ għax fetaħ.
“Ma niġġustifikawx l-inġustifikabbli,” kompla Agius, bil-preżentatur Bonaci jkompli jargumenta kif ma stajniex nibqgħu magħluqin.
Karl Bonaci stqarr: “L-ewwel għax għamilha biċ-ċertifikat qabeż kulħadd fuqu.”
David Agius tenna: “Imma qed tipprova tiddefendi l-indifensibbli u hawnhekk insib fejn jaħsbuk Laburist, tkunx Laburist, fejn tiddefendi dak li huwa Laburist.”
Għal din id-dikjarazzjoni l-Preżentatur li jilqa’ lil Agius b’mod regolari wieġbu hekk:
Karl Bonaci qal, “Qiegħed minn taħt fuq din kieku m’għedtlix hekk Onorevoli.”
David Agius wieġeb: “Le.”
Karl Bonaci sostna: “Kieku għandek rispett lejja bħala preżentatur ma tgħidlix hekk.”
David Agius tenna: “Iva ngħidlek.”
Karl Bonaci sostna: “Le tgħidlix hekk.”
David Agius saħaq: “Le qed tiżbalja.”
David Agius kompla jgħid li l-pajjiż kellu jibqa’ magħluq: “Min fetaħ? Il-Gvern”, qal Agius.
David Agius qal dan fl-istess ħin li l-partit tiegħu jattakka lill-Gvern għax għalaq l-iskejjel tal-Ingliż biex komplew l-inkonsistenzi fuq il-Covid.
Fil-programm mimli tbaqbiq u tgħajjir lejn kull min ma jaqbilx miegħu, il-Viċi ta’ Bernard Grech qal li n-nies qed jibżgħu jgħidu kemm hu tajjeb.
Agius sostna: “Li jibżgħu jgħidu David tajjeb, li l-Partit Nazzjonalista jitkellem tajjeb fuq din.”