Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi appella lil min qiegħed jivvandalizza is-sinjali tat-traffiku madwara Malta, biex jagħrfu li azzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal disgrazzji fatali, speċjalment meta dawn is-sinjali jiddawwru in-naħa opposta.
Meta lbieraħ kien qed jitkellem fil-Parlament fil-ħin tal-mistoqsijiet, il-Ministru Mizzi qal li dan il-vandaliżmu qed isir jew tard bil-lejl jew kmieni fil-għodu. Transport Malta qed iżżomm għajnejha miftguħa biexjinqabdu dawk li kienu qed jagħmlu dawn l-atti diplorevoli.
Il-Ministru Mizzi qal ukoll li xi wħud ħaduha drawwa li b’vendikazzjoni jiftgħu l-boroż tal-iskart u jferrxuh mat-toroq.