Simon Busuttil m’għandux ikompli jinħeba wara skandlu biex ma jieħux azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami li waqfet investigazzjoni kif tela’ ismu.
Dan kien il-messaġġ ewlieni li wasslu l-Minsitri Chris Cardona u Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Hawn staqsew għalfejn Beppe Fenech Adami qed jitlaq ‘il barra meta jistaqsuh il-ġurnalisti biex jagħmel tax audit, u osservaw li qed ikomplu jiżdiedu d-dubji dwar il-kontijiet bankarji tiegħu.
Il-Ministru Michael Falzon fakkar kif il-Gvern kien ħatar inkjesta magħmula mill-eks-Imħallfin JD Camilleri, Lawrence Quintano u Philip Sciberras wara li kienet ħarġet storja fil-gazzetta Maltatoday. Storja dwar kif investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus li setgħu kienu ġejjin mid-droga waqfet wara li tfaċċa isem Politically Exposed Person li ma kien ħadd għajr il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fakkar li l-Pulzija f’Malta bdew ukoll jinvestigaw it-tranżazzjonijiet miljunarji u qawwija li seħħew bejn l-2009 u l-2010, u mill-istess investigazzjoni tfaċċa l-isem ta’ Beppe Fenech Adami f’Jannar 2013, xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali, u hemmhekk twaqqfet ħesrem l-investigazzjoni.
Dawn il-listi tat-tranzjazzjonijiet ma baqgħux fil-file tal-Pulizija u l-inkjesta magħmula mill-Gvern kellha aċċess għalihom għax reġgħet talbithom lil BOV.
Il-Ministru staqsa: li kieku dawn il-listi tat-tranzazzjonijiet għaddew għand l-Awtoritajiet Olandizi, li ma saritx għax għebu mill-file tal-Pulizija, l-investigazzjoni fl-Olanda kienet tieħu xorta oħra?
Osserva li l-esperet li tqabbad mill-inkjesta biex janalizza dawn id-dokumenti f’Malta kkonkluda li dan il-każ jimmerita li jkun investigat mill-Pulizija u mill-FIAU.
Il-Ministru osserva li fl-istess ħin li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija il-kontijiet bankarji ta’ Beppe Fenech Adami żdiedu għal ammont ta’ miljun ewro, dan iqajjem dubbji kbar li hemm bżonn spjegazzjonijiet jekk dan hux sempliċi konċidenza.
Allura huwa fil-ħin opportun, qal il-Minsitru, li nagħmlu mistoqsija; għalfejn Beppe Fenech Adami qed jitlaq ‘il barra meta jistaqsuh il-ġurnalisti biex jagħmel tax audit?
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami li kif ħareġ ismu, waqfet investigazzjoni tal-Pulizija dwar kumpanija f’Malta bl-isem ta’ Capital One li tagħha kien direttur u li kien investigata dwar ħasil ta’ flus u traffikar tad-drogi.
Simon Busuttil m’għandux ikompli jinħeba wara skandlu li jibda u jispiċċa miegħu, dak tal-pagi mħallsa mill-privat, biex ma jieħux azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami li waqfet investigazzjoni kif tela’ ismu.
Il-Ministru Cardona fakkar li biex ineħħi l-attenzzjoni minn fuq Beppe Fenech Adami, il-Kap tal-Oppożizzjoni b’mod sistematiku ħareġ jattakka lill-Viċi Kap l-ieħor tiegħu, Mario DeMarco.
Dan, qal Cardona, iżid ir-responsabbiltà fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – li każ li kien tipped li jmur għand il-Pulizija u l-FIAU biex ikompli jiġi investigat, Busuttil għamel minn kollox biex jitwarrab mil-limelight anke jekk spiċċa biex attakka lill-Viċi Kap l-ieħor.
Il-Ministru osserva li lbieraħ Busuttil bagħat lil Beppe Fenech Adami minn tant nies biex jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. Pero l-unika ħaġa li ma semmiex darba Fenech Adami, kienet propju l-inkjesta dwaru li fiha hemm il-fatti, fosthom, il-fatt li x’ħin ħareġ ismu u l-involviment tiegħu fil-kumpanija Capital One, waqfet investigazzjoni tal-Pulizija.
Hemm, sostna Cardona, toħroġ aktar il-falsità.