Ix-shadow Minister Marthese Portelli għadha kemm qalet li l-qalba għall-gass għall-enerġija mhu se tfisser xejn għal poplu Malti u Għawdxi.
Ftit tal-ħin wara qalet li din il-bidla storika f’pajjiżna kienet imsejsa fuq il-pjanijiet tal-enerġija tal-Partit Nazzjonalista.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet Marthese Portelli, li hi responsabbli mill-enerġija f’isem il-PN, kompliet iżżid ma li diġà qalet, ċioe li t-tariffi tad-dawl u l-ilma mhux vera raħsu, anzi għolew.