Il-militar Amerikan bagħtet elf suldat ieħor lejn il-Lvant Nofshani hekk kif it-tensjoni mal-Iran qed tkompli tikber.
L-Aġent Segretarju Difensur Amerikan, Patrick Shanahan qal li din l-azzjoni ttieħdet bħala risposta għal dak li ssejjaħ bħala mġieba ostili mill-forzi Iranjani.
Il-bażi navali tal-Istati Uniti saħansitra xerred ritratti li skondthom juru li l-Iran għandhom x’jaqsmu mal-attakki riċenti li seħħew fuq it-tanker taż-żejt fil-Gulf tal-Oman.