F’Kastilja l-president Svizzeru jinsab f’diskussjonijiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Fost oħrajn qed jiġi diskuss il-ftehim tal-Isvizzera mal-Unjoni Ewropea. Hekk kif fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla pajjiżna se jieħu f’idejh il-Presidenza Ewropea, qed jiġu diskussi t-temi pendenti li l-Isvizzera għad għandha mal-Unjoni, minħabba li mhix membru sħiħ.
Il-President Johann Schneider-Ammann jinsab fi żjara uffiċjali hawn Malta. Ilbieraħ milqugħ fi Pjazza San Ġorġ mill-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Ilbieraħ il-Prim Ministru Malti kien Ateni fejn attenda għal summit tal-mexxejja tal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa.
L-Isvizzeru Schneider Amman insista li ż-żewġ pajjiżi jsaħħu r-relazzjoni tagħhom fir-riċerka u l-kompettività; elementi li jgħinu biex jitjiebu l-impjiegi. Kif mitenni esprima tħassib dwar l-immigrazzjoni u tkellem dwar ir-rieda tal-Isvizzera li tati kontribut biex tinstab soluzzjoni. Qal li jaqbel mal-programm ta’ rilokazzjoni.