Tkompli tiżdied it-theddida ta’ attakk nukleari mill-Korea ta’ Fuq.
Dan stqarru s-segretarju tad-difiża tal-Istati Uniti, James Mattis waqt żjara fil-Korea ta’ Isfel.
Mattis wissa li jekk jiġu użati armi nukleari, ser ikun hemm rispons millitari qawwi.
Separatament, il-Korea ta’ Fuq irrilaxxat dgħajsa tas-sajd li qed jintqal li nstabet fl-ibħra tal-Korea ta’ Fuq illegalment.
Dan seħħ fil-qofol ta’ tensjoni fir-reġjun, biż-żewġ naħat qed iwettqu serje ta’ eżerċizzji militari.