Fiċ-Ċina, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti kellu diversi laqgħat ma’ diversi entitajiet u għaqdiet Ċiniżi marbuta max-xjenza u t-teknoloġija. Fost oħrajn ltaqa’ mal-Viċi Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija, mal-Viċi President tal-Akkademja tax-Xjenza, u mad-Direttur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ispazju Ċiniża.
Fost is-suġġetti diskussa hemm il-ftehim bejn Malta u ċ-Ċina dwar skema li tiffinanzja proġetti ta’ riċerka bejn riċerkaturi miż-żewġ pajjiżi, b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Ministeru għax-Xjenza u Teknoloġija fiċ-Ċina.
“Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna anke permezz ta’ kollaborazzjonijiet internazzjonali bħal din, bil-għan li n-negozji lokali jkunu kompetittivi mhux biss lokalment iżda wkoll fis-suq internazzjonali,” tenna s-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.