Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra Bojan Cmelik, is-Serb li qed jiġi mixli bil-qtil tan-negozjant Hugo Chetcuti.
Fil-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Marsanne Farrugia, tliet xhieda mill-prosekuzzjoni fosthom l-espert tat-teknoloġija u tat-telekomunikazzjoni Martin Bajada u żewġ uffiċjali tal-Pulizija Michelle Camilleri u Darren Debattista ppreżentaw ir-rapporti tagħhom.
Il-każ ġie aġġornat għad-9 ta’ Jannar tal-2019 fejn hu skedat li erba’ tobba u tliet kuntistabbli tal-Pulizija se jixhdu.
Chetcuti tilef ħajtu fl-isptar wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina mingħand Cmelik f’Paceville f’Lulju li għadda.
Is-Serb, li hu eks-impjegat f’wieħed mill-istabbilmenti ta’ Chetcuti, kien arrestat f’Tas-Sliema wara li l-Pulizija ġrew warajh
Għall-akkużat deher l-avukat Ishmael Psaila bħala għajnuna legali, bl-avukat Joe Giglio deher parte civile għall-familja tal-vittma. Intant il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant.