Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta mal-bomba fil-Fgura li tpoġġiet taħt il-Pajero tan-negozjant Mario Scicluna.
Fost ix-xhieda li telgħu jihxdu, ġar ta’ Mario Scicluna qal li fil-ħin li seħħ il-każ fi Triq Sant’ Antnin l-Fgura, instema’ ħoss qawwi bħal qisu kienet splużjoni ta’ ċilindru tal-gass.
Minnufih, ix-xhud flimkien mal-familja tiegħu ħarġu barra fil-gallarija sabiex jittawlu eżatt x’kien qed jiġri dan hekk kif il-ħoss li nstema’ ma kienx żgħir.
Malli ħareġ fil-gallarija, x-xhud lemaħ oġġett mal-art ftit metri l’bogħod mill-vettura tan-negozjant Scicluna.