Fil-qorti kompliet tinstema l-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fis-seduta tal-Ġimgħa ntqal kif l-irġiel akkużati bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia ma kinux assistiti minn avukat meta meta ttieħdulhom il-kampjuni ta’ DNA.
L-assistent kummissarju tal-pulizija, Dennis Theuma qal li kien biss Vince Muscat, wieħed mit-tliet akkużati li rrifjuta li jagħti kampjun tad-DNA tiegħu.
Id-DNA intuża biex jiġi mqabbel ma’ loqma ta’ sigarett li kienet elevata mill-Bidnija.
Intant, l-qorti ġibdet l-attenzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta dwar nuqqas, meqjus żgħir hekk kif intqal li t-teknoloġija użata mill-AFM fil-filmati tal-arresti tal-akkużati kienet qadima.
Il-każ se jkompli fit-tlieta ta’ Mejju li ġej.