Qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Liz Truss sabiex tirreżenja mill-irwol tagħha, dan hekk kif aktar Membri Parlamentari mill-partit tagħha stess qed jitolbuha biex tirriżenja.
Bħalissa hemm attività aktar mis-soltu f’Downing Street Londra hekk kif Truss sejħet bosta Membri Parlamentari għal-laqgħat. Fosthom kien hemm id-Deputat Prim Ministru Therese Coffey.
L-Erbgħa filgħaxija Suella Braverman irriżenjat mir-rwol tagħha bħala Ministru tal-Intern wara laqgħa li kellha wiċċ imb’wiċċ mal-Prim Ministru Liz Truss.