L-istħarriġ tal-maltatoday għal Diċembru jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela żamm konsistenti t-trust rating tiegħu, filwaqt li l-Partit Laburista saħħaħ id-distakk.
Filwaqt li jagħti l-istess xejriet ta’ stħarriġ tat-Torċa ġimagħtejn ilu, l-istħarriġ tal-maltatoday huwa iktar konservattiv f’dik li hi differenza bejn il-partiti politiċi, filwaqt li d-differenza bejn il-mexxejja issa tlaħħaq is-sittax fil-mija. Dan għax Bernard Grech reġa’ naqqas b’iktar minn tnejn fil-mija. Robert Abela huwa fdat iktar fir-reġjuni kollha tal-pajjiż.
Il-gazzetta tgħid li l-ikbar sfida ta’ bħalissa meta baqa’ tliet snin għall-elezzjoni ġenerali hija l-ammont ta’ nies li jgħidu li ma jivvotawx meta mistoqsija x’jagħmlu jekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali għada.
Il-maltatoday staqsiet ukoll dwar il-performance tal-gvern u għal darb oħra l-maġġoranza taw opinjoni pożittiva tar-riżultat tal-ħidma tal-gvern, bil-gazzetta tgħid ‘Government gets pass mark again.’