Il-Gvern Amerikan ikkonferma li l-Korea ta’ Fuq ippruvat missila b’saħħitha li kapaċi twassal sal-Istat Amerikan tal-Alaska.
Is-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson iddeskriva din il-missila bħala waħda ta’ skala kompletament ġdida għat-theddida nukleari li qed jaffaċċjaw l-Istati Amerikani.
Qal li Washington qatt m’hu se taċċetta Stat armat b’armi nukleari.
Il-Gvern Amerikan irritalja għal dan u ssieħeb mal-Korea T’Isfel f’eżerċizzju militari konġunt.