Sparatura fi Strasburgu wasslet sabiex mijiet ta’ pulizija jinsabu fi tfittxija għal raġel bl-isem ta’ Cherif Chekatt ta’ 29 sena minn Franza.
Huwa fetaħ in-nar qrib suq tal-Milied li jinsab qrib il-pjazza ċentrali Place Kleber- liema aggressjoni damet għaddejja għal għaxar minuti. Kawża ta’ dan l-attakk, tliet persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 12-il persuna ndarbu.
Jidher li Cherif Chekatt huwa magħrufa mas-servizzi tas-sigurtà. Huwa ħarab minnufih malli fetaħ in-nar fuq in-nies – fejn hemmhekk kien hemm ukoll il-preżenza ta’ suldati u pulizija li kienu armati.
Skont il-Ministru tal-Intern fi Franza Christophe Castaner, jidher li r-raġl irrabatta għal darba tnejn mal-forzi tas-sigurtà tal-pajjiż. Huwa mifhum li l-aggressur indarab waqt dan il-każ.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta fejn sa issa għadu mhux stabbilit il-mottiv.
Intant il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter esprima solidarjetà mal-Ewropej kollha li jinsabu fi Strasburgu.
Our thoughts are with the people from all over #Europe in #Strasbourg -JM @EmmanuelMacron
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) December 11, 2018