Il-familja ta’ Xuxa jinsabu nkwetati mmens hekk kif din il-qattusa gustuża tinsab nieqsa.
Xuxa, li tgħix ma’ familja li tħobbha fiż-Żurrieq u għandha kullar iswed, mhux l-ewwel darba li tmur dawra waħida iżda dejjem terġa’ tirritorna lura. Sfortunatament Xuxa issa ilha nieqsa madwar sebat ijiem.
Il-familja tagħha fittxew fuq li fittxew fil-lokalità taż-Żurrieq iżda kien kollu ta’ xejn għax ma lemħuha mkien. Għalekk huma qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex f’każ għandhom xi aħbar dwar fejn tista’ tkun Xuxa għandhom jagħmlu kuntat mas-sidt fuq 99288260.