Buddy hu kelb tar-razza Jack Russel li sfortunatament bħalissa jinsab fil-ħames jum mitluf.
Jidher li Buddy ħaseb li ġie abbandunat meta tħalla ma’ persuna kompetenti sakemm sidu mar fuq btala ta’ erbat ijiem fejn ħarab minn fejn kien ifittex lil sidu. Ġara li għalkemm Buddy forsi ħaseb li se jsib lil sidu, sfortunatament spiċċa tilef triqtu.
Intant għal dawn il-ħamest ijiem sidu flimkien mal-qraba, ħbieb u bosta persuni li laqgħu s-sejħa għall-għajnuna għaddejjin bi tfittxija għal Buddy li ntlemaħ fiż-żoni ta’ Pembroke, il-Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta u San Pawl il-Baħar.
Buddy hu kelb abjad bl-iswed u liebes ċinga blu. Hu kelb mans u li jħobb ħafna l-ikel bis-sid jappella lil kull min jara lil Buddy biex javviċinah bil-mod u joffrilu xi ħaġa x’jiekol biex jafdah.
Sidu spjega kif min jirritorna lil Buddy lura għandu premju ta’ €500 u għandu jċempel fuq 99449829, 99606376 jew 99841902.